Clamtech Tassisti n-Negozji Biex Jippromwovu n-Negozju Tagħhom Onlajn B’XEJN

 Clamtech Tassisti n-Negozji Biex Jippromwovu n-Negozju Tagħhom Onlajn B’XEJN

Il-kumpanija tal-IT lokali, Clamtech, qed toffri servizz tal-IT b’xejn lil negozji lokali li jixtiequ jippromwovu s-servizzi tagħhom onlajn. Din l-inizjattiva qed issir biex tassisti  ristoranti u diversi negozji oħra li kellhom jagħlqu l-bibien tagħhom minħabba l-miżuri li ġew mħabbra riċentement, sabiex jitnaqqas it-tixrid tal-COVID-19. Dan is-servizz qed jiġi offrut b’xejn b’kollaborazzjoni mal-web deigner, Steven Camilleri, u l-Aġenzija tal-Branding u Communications, Striped Sox.

Clamtech qed tistieden negozji li s’issa għad m’għandhomx preżenza onlajn biex jibgħatu email fuq [email protected] jew billi jċemplu fuq 2090880, sabiex l-esperti tagħhom ikunu jistgħu jgħinuhom jistabbilixxu preżenza onlajn. Din l-għajnuna tinkludi web design u hosting tal-websajt b’xejn għal sena, kif ukoll id-disinn ta’ kwalunkwe artwork bażiku li jkun meħtieġ.

“Dawn huma żminijiet ta’ prova għal kulħadd imma speċjalment għal ristoranti u negozji żgħar li kienu għadhom kif bdew jirkupraw minn sena iebsa,” qal Trevor Vassallo, Direttur ta’ Clamtech. “Għalhekk, qed insejjħu entitajiet li s’issa għad m’għandhomx preżenza onlajn sabiex inkunu nistgħu ngħinuhom għas-sena li ġejja. Is-servizz tagħna jinkludi disinn ta’ websajt bażika, domain name u hosting b’xejn għal sena, kif ukoll disinn ta’ artwork, jekk meħtieġ. Nixtiequ ngħinu kif nistgħu f’dawn iż-żminijiet. ”

Imwaqqfa fl-2009, Clamtech hija kumpanija dinamika b’tim ta’ professjonisti fil-qasam tal-IT, li jikkollaboraw ma’ ħafna klijenti minn setturi differenti. Il-kumpanija tagħmel użu mill-aktar teknoloġiji innovattivi, toffri konsulenza, aġġornamenti strateġiċi fuq servers u netwerks eżistenti, kif ukoll kwalunkwe rekwiżiti tal-IT, li jvarjaw minn soluzzjoni teknoloġika sempliċi jew servizz speċifiku għal tul ta’ żmien.

Clamtech qed toffri dan is-servizz lil kumpaniji lokali flimkien ma’ Steven Camilleri, li se jkun qed jieħu ħsieb il-web design, kif ukoll l-integrazzjoni tal-midja soċjali u s-servizz ta’ SEO. Barra minn hekk, jekk in-negozji jeħtieġu disinn ta’ artwork u għajnuna fil-marketing, dan se jkun ipprovdut minn Striped Sox, aġenzija li tispeċjalizza f’brand strategy, PR, u communications.

Tista’ tikkuntattja lil Clamtech billi tibgħat email fuq: [email protected] jew billi ċċempel fuq: +356 20 908 800. Għal aktar informazzjoni, żur https://www.clamtech.com/.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com