Daqshekk Dmugħ! Innovazzjoni Ġdida Mingħand Magro Brothers
Immaġina ma jkollokx għalfejn tqatta l-basal qatt iktar!
Din saret possibli, hekk kif Mayor qed jagħżlu l-aqwa basal għall-iktar prodott riċenti u innovattiv tagħhom: ‘Diced Onions in Olive Oil’.
Din l-aħħar żieda għal Mayor hija waħda naturali, u tikkonsisti minn basal imqatta fiż-żejt taż-żebbuġa, u b’hekk dan huwa tajjeb għal persuni vegan, vegetarians u kull min iħobb l-ikel, bil-benefiċċju miżjud li m’ hemmx għalfejn toqgħod tqatta u bid-dmugħ ħiereġ minn għajnejk.
Il-basal magħżul jiġi mqatta b’attenzjoni u moqli ħarira żgħira, u b’hekk ikun mgħaġġel il-proċess tal-preparamenti. Kull bott ikollu erba’ basliet ta’ daqs medju, u b’hekk huma tajbin ghaz-zlazi, brodu, xiwi, qali u kwalunkwe riċetta tajba għal basal imsajjar.
Waqt it-tnedija tal-prodott, John Magri, iċ-chairman ta’ Magro Brothers, spjega kif madwar 40 sena ilu, meta kien introduċa l-prodott tat-tadam imqatta, ħafna minn dawk li kienu jsajru kienu għadhom imqattgħu it-tadam huma nfushom. Illum il-ġurnata, ħafna sempliċiment jiftħu bott tal-polpa għat-tisjir mingħajr ma jikkunsidraw il-possibilta li jagħmlu z-zalza huma nfushom. Huwa spjega li flimkien mat-tim tiegħu jinsabu kunfidenti li dawk kollha li se jagħmlu użu mill-‘Mayor Diced Onions’ se japprezzaw il-kumdita u t-togħma tajba tal-prodott.
Bħala offerta introduttorja, Magro Brothers qed jagħtu bott b’xejn tal-‘Mayor Diced Onions’ ma’ kull pakkett ta’ bi tlieta tal-‘Mayor Tomato Pulp’.