Dettalji Dwar Il-Paga Minima F’Malta Meta Mqabbla Mal-Kumplament Tal-UE

 Dettalji Dwar Il-Paga Minima F’Malta Meta Mqabbla Mal-Kumplament Tal-UE

Mill-ewwel ta’ Jannar ta’ din is-sena, 21 mill-Membri Stati tal-UE għandhom paga minima nazzjonali, filwaqt li d-Danimarka, l-Italja, Ċipru, l-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja ma għandhomx paga minima nazzjonali.

Il-paga minimi fix-xahar hija ġeneralment taħt €700 fil-lvant tal-Ewropa u ‘l fuq minn €1500 fil-majjistral.

Skond il-Eurostat, il-paga minima ta’ Malta, li hija €785 fix-xahar għas-sena 2021, ikklassifikat fin-nofs meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra tal-UE.

F’Jannar 2021, 10 pajjiżi tal-UE għandhom paga minima ta’ inqas minn €700 fix-xahar. Dawn il-pajjiżi huma dawn: il-Bulgarija (€332), l-Ungerija (€442), ir-Romanija (€458), il-Latvia (€500), il-Kroazja (€563), iċ-Ċekja (€579), l-Estonja (€584), il-Polonja (€614), l-Islovakja (€623) u l-Litwanja (€642).

Malta tikklasfika mat-tieni kategorija, li tinkludi 5 Membri Stati, li jinsabu l-aktar fin-nofsinhar tal-UE, u li l-pagi minimi tagħhom jvarjaw bejn €700 u ftit iktar minn €1100 fix-xahar: il-Greċja (€ 758), il-Portugall (€776), Malta (€785), l-Islovenja (€1024) u Spanja (€1108).

Fis-sitt Stati Membri li jifdal, li kollha jinsabu fil-punent u fit-tramuntana tal-UE, il-paga minima hija ogħla minn €1500 fix-xahar: Franza (€1555), il-Ġermanja (€1614), il-Belġju (€1626), L-Olanda (€1685), l-Irlanda (€1724) u l-Lussemburgu (€2202).

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com