FA Trophy – Hibernians, Valletta, Hamrun u Mosta Ma Jfallux
Hibernians, Valletta, Hamrun u Mosta ingħaqdu ma’ Gzira, Birkirkara u St. Andrews hekk kif rebħu l-konfronti rispettivi tagħhom u għamluha għar-rawnd li jmiss.
Fic-Centenary Stadium Hibernians għamluha għar-rawnd li jmiss wara li għelbu lill-Pembroke b’gowl wieħed li wasal minn penalty fil-95 minuta skurjat minn Gilmar Da Silva Ribeiro.
F’Għawdex Hamrun Spartans għelbu lill-Xagħra United 6 – 0 b’tlett gowls fl-ewwel taqsima u tlieta oħra fit-tieni. Fl-ewwel taqsima kellna doppjetta ta’ Franklin Sasare u gowl ieħor minn Ige Adeshina filwaqt li fit-tieni taqsima kellna żewġ gowls minn Cittadini u gowl ieħor minn Adeshina.
Valletta għelbu lill-Senglea Athletic 1 – 0 bl-uniku gowl tal-partita jiskurjaħ Mario Fontanella fl-ewwel taqsima. Il-partita intlagħbet fil-Hibernians Stadium.
Fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali Sta Lucia ġew megħluba minn Mosta 2 – 0 għat-tieni darba f’spazzju ta’ erba t’ijiem. L-ewwel kien Christ Ememe li poġġa lill-Mosta fil-vantaġġ fl-54 minuta biex fil-ħin mogħti żejjed Mattias Muccardi skorja t-tieni gowl tal-Mostin.
Għada tintlagħab l-aħħar partita minn dawn ir-rawnd b’Marsa jilgħabu kontra Sirens fil-20.30 fic-Centenary Stadium.
Ritratt: Mark Zammit Cordina