Fil-Ħabs Iltaqa’ Ma’ Priġunier Li Reġa’ Wettaq Reat Ieħor Biex Jerġa’ Jidħol Il-Ħabs
Jon Mallia ltaqa’ ma’ Mason Nehls, ġuvni li għamel perjodu priġunieri fil-ħabs ta’ Kordin, u li issa ilu tnax-il sena jistenna biex tinqata’ l-kawża fil-konfront tiegħu.
Fl-aħħar 12-il sena Mason ma reġax għamel reati oħrajn, sab xogħol u bena ħajja ġdida mal-maħbuba tiegħu. Minkejja dan, huwa għadu jistenna li tinqata’ s-sentenza tiegħu, biċ-ċans li wara dawn is-snin kollha huwa jerġa’ jispiċċa l-ħabs.
F’intervista ma’ Jon Mallia huwa tkellem dwar dak li ltaqa’ miegħu meta kien il-ħabs. Fost l-oħrajn, huwa rrakkonta kif iltaqa’ ma’ priġunier li wara tlett ijiem li ġie rilaxxat mill-ħabs reġa’ ddaħħal fuq akkużi ġodda. Meta Mason staqsih għaliex għamel hekk, il-priġunier wieġeb li fil-ħabs jaf li għandu saqaf, sodda u televiżjoni, u jaf ukoll li meta jkun bil-ġuħ ser isib x’jiekol.
Ara din il-parti tal-intervista f’dan il-filmat: