Filwaqt Li Tista’ Tapplika Għal Skolasajf, Din Se Tiftaħ Skont Iċ-Ċirkostanzi

 Filwaqt Li Tista’ Tapplika Għal Skolasajf, Din Se Tiftaħ Skont Iċ-Ċirkostanzi

Bit-tema ‘Kull Wieħed Hu Rebbieħ’, fetħu l-applikazzjonijiet għas-servizz ta’ Skolasajf 2021, li se ssir bejn it-12 ta’ Lulju u t-3 ta’ Settembru.

Sabiex ikun żgurat ambjent sigur, il-linji gwida maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa se jkunu kollha implimentati għal waqt Skolasajf.

Il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi qasmet l-ewwel jum ta’ Skolasajf fuq jumejn. Dan filwaqt li d-dħul fiċ-ċentri se jkun imqassam f’ħinijiet differenti bil-għan li jkun hemm inqas studenti miġbura fl-istess ħin.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni nnota li filwaqt li wieħed huwa mħeġġeġ li japplika għas-servizz, Skolasajf tiftaħ skont iċ-ċirkostanzi tal-mument u skont il-pariri maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Għal dan il-għan, mhux se jintalab ħlas mal-applikazzjoni. Il-ħlas isir meta s-servizz jiġi kkonfermat.

L-applikazzjonijiet huma miftuħa sat-2 ta’ Mejju 2021. Ir-reġistrazzjoni tista’ ssir ‘online’ fuq services.fes.gov.mt u servizz.gov.mt.

Wieħed jista’ wkoll imur personalment f’waħda mill-hubs ta’ servizz.gov.

Ritratt: SkolaSajf

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com