Se Jibdew Jirċievu L-Arretrati Dovuti Lilhom

 Se Jibdew Jirċievu L-Arretrati Dovuti Lilhom

Minn dil-ġimgħa, madwar 1,750 suldat minn grad ta’ ‘gunner’ sa maġġur se jirċievu eluf t’ ewro f’arretrati dovuti lilhom.

Dan kien possibli grazzi għall-ewwel ftehim kollettiv li kien iffirmat is-sena li għaddiet, u li permezz tiegħu, il-Gvern qed jinvesti €8.2 miljun aktar fis-sena fis-salarji tas-suldati.

Il-Ministru Byron Camilleri wiegħed li dan il-Gvern se jibqa’ ta’ spalla għall-Forzi Armati ta’ Malta, bħalma kien fil-passat.

Fi żmien li ġej se toħroġ sejħa għal suldati ġodda, bil-Ministru Camilleri jħajjar lil dawk iż-żgħażagħ li jixtiequ jkunu ta’ servizz għal pajjiżhom biex jikkunsidraw karriera f’din il-forza.

Ritratt: Reddit

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com