Fl-Aħħar Ħin: Jikkampjaw Biex Iwaqqfu Żvilupp F’Ħad-Dingli
Grupp ta’ persuni illum sebħu f’numru ta’ għelieqi f’Ħad-Dingli fejn ilbieraħ beda x-xogħol biex tinbena triq ġdida fuq art ODZ u fejn hemm siġra tal-ħarrub viċin it-300 sena.
Il-grupp ta’ persuni mmexxi mill-Moviment Graffitti kkapmjaw fiż-żona u sostnew li jinsabu lesti biex ikomplu jwaqqfu x-xogħlijiet ta’ Infrastructure Malta għal bini ta’ triq fuq ODZ.
Ilbieraħ fl-ewwel jum tax-xogħolijiet diġa kien hemm ukoll protesta minn diversi residenti u attivisti tal-ambjent biex dan l-iżvilupp jieqaf immedjatament.
Bil-Filmat: Kommossjoni F’Ħad-Dingli – Jitkissru Għelieqi … Il-Moviment Graffiti Jwaqqfu L-Gaffa