Fr Hilary Jiċċelebra t-63 Sena Minn Meta Kien Ordnat Saċerdot

 Fr Hilary Jiċċelebra t-63 Sena Minn Meta Kien Ordnat Saċerdot

Fr Hilary Tagliaferro iċċelebra t-63 anniversarju minn meta kien ordnat saċerdot.

Fr Hilary, li għandu 84 sena, jibqa’ mfakkar għat-twaqqif tal-Millenium Chapel f’nofs paceville kif ukoll għas-servizz tiegħu fil-futbol Malti b’mod speċjali mal-Youths u anke bħala kummentatur u ġurnalist. Huwa kkontribwixxa wkoll fi sport ieħor bħal basketball, il-ġinnastika u l-atletika.

Huwa kien ordnat saċerdot fit-22 ta’ Marzu 1958 fil-Bażilika ta’ San Pietru f’Ruma.

Awguri mill-qalb Fr Hilary f’isem it-tim ta’ Strada Rjali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com