Għin Ruħek Biex Alla Jgħinek

 Għin Ruħek Biex Alla Jgħinek

L-aħħar darba tkellimna dwar kif inhu importanti tibqa’ attiv waqt li tkun bis-sintomi ħfief bħal għatis, mnieħer miżdud, sola ħafifa, griżmejn ftit misluħa. Ma nistax ma nisħaqx l-importanza li żżomm ruħek iżolat mill-kumplament tal-familja u tevita li toħroġ sa ma tfieq u toħroġ negattiv fir-riżultat tal-iswab test.

Illum xtaqt nagħtikom idea ta’ attivitajiet li tista’ tipprattika waqt li tkun f’iżolament jew fi kwarantina b’hekk ma tkunx tista’ toħroġ.

Mixi mgħaġġel permezz ta’ treadmill jew ċikliżmu fuq Stationary Bike. L-Assoċjazzjoni Americana tal-Qalb tirrakonand talinqas 150 minuta fil-ġimgħa b’veloċita ta’ 2.5 mili fis-siegħa bħala livell ta’ intensita .

Tai Chi – Din tip ta’ arti marzjali ċiniża kkarterizzata minn movimenti bilmod u kkontrollati, dan it-tip ta’ eżerċizzju jgħin ukoll billi tirilassa il-moħħ u saħħaħ il-bilanċ tal-ġisem.

Pilates – Dan il-muviment mwaqqaf fl-1932 magħruf aħjar bħala kontroloġija huwa bbażat fuq il-prinċipju ta’ kontroll fil-moviment u taħriġ kif tieħu nifs. Dan l-eżerċiżżju jibni il-“core”, dawk il-muskoli li jiffurmaw l-abdomen u d-dahar kif ukoll isaħħaħ il-flessibilta’ tal-ġogi.

Żfin – Ċaqliq mal-mużika jgħin fil-koordinazzjoni, jistimola il-moħħ u jżid burdata tajba. L-aħjar forma ta’ zfin rakkomandata huwa l- Ballroom. Studji xjentifiċi juru kif min jipprattika sekwenza ta’ passi għandu 60% inqas ċans li jimrad bid-dimenzja, kif ukoll eżeċizzju meqjus “low impact” fuq l-għadam u l-ġogi tant li jsaħħaħ l-għekiesi u jgħin biex jsaħħaħ il-postura tad-dahar.

 

Artiklu miktub minn Jean Claude Dimech dwar kif wieħed jista’ jżomm ruħu attiv waqt li jkolli sintomi ħfief ta’ infezzjonijiet bħal Covid-19.

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com