“Il-Vaċċin Tal-AstraZeneca Huwa Sigur U Effettiv” – L-Aġenzija Ewropea Għall-Mediċini

 “Il-Vaċċin Tal-AstraZeneca Huwa Sigur U Effettiv” – L-Aġenzija Ewropea Għall-Mediċini

L-Aġenzija li sservi ta’ regolatur tal-mediċini tal-Unjoni Ewropea kkonkludiet li l-vaċċin ta’ Oxford-AstraZeneca, li qed jintuża fit-tilqim kontra l-Covid-19, huwa “sigur u effettiv”.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) avżat li se tkun qed tkompli tistudja rabtiet possibbli bejn emboli tad-demm rari u l-vaċċin.

L-EMA ħarġet din l-istqarrija wara li 13-il stat tal-UE waqqfu jamminstraw dan il-vaċċin. Il-Ħamis l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) talbet lill-pajjiżi kollha sabiex ikomplu jlaqqmu lin-nies permezz ta’ dan il-vaċċin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com