Grupp Ta’ Nies Jemmnu Li F’Mater Dei Għandu Jsir Bust Ta’ Ġorġ Tal-Mużew

 Grupp Ta’ Nies Jemmnu Li F’Mater Dei Għandu Jsir Bust Ta’ Ġorġ Tal-Mużew

Fuq il-midja soċjali raġel bl-isem ta’ Lawrence Cardona staqsa jekk il-pubbliku jaqbilx li għandu jsir bust ġewwa l-isptar Mater Dei li jfakkar il-memorja ta’ Ġorġ Agius, magħruf bħala ‘Ġorġ tal-Mużew’.

Imsejjaħ minn bosta bħala l-Għannej tal-Mulej, Ġorġ Agius miet fl-età ta’ 94 sena aktar kmieni dan ix-xahar. Huwa qatta’ għexieren ta’ snin joffri atmosfera divertenti lill-pazjenti u l-viżitaturi tal-isptar, filwaqt li jwassal messaġġi reliġjużi.

Inti x’taħseb dwar dan? Għandha tiġi mfakkra l-memorja tiegħu fl-isptar Mater Dei?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com