“Ħadd Ma Jista’ Jagħżel Liema Vaċċin Jieħu”

 “Ħadd Ma Jista’ Jagħżel Liema Vaċċin Jieħu”

It-tipi differenti tal-vaċċin kontra l-COVID-19 li jinsabu disponibbli f’Malta huma kollha effettivi ħafna.

Dan qalitu s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci waqt intervista li kellha ma’ Times of Malta.

Spjegat li l-vulnerabiltà tal-persuna m’ għandix x’taqsam ma’ liema vaċċin jittieħed.

Gauci rrimarkat li ħadd ma jista’ jagħżel liema vaċċin ikun imlaqqam bih.

L-unika eċċezzjoni f’dan l-aspett hija li persuni li għandhom iktar minn 70 sena ma jistgħux jieħdu l-AstraZeneca.

Dan għaliex s’issa ma teżistix informazzjoni fuq x’effett jista’ jħalli dan il-vaċċin fuq dan il-grupp speċifiku ta’ nies.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com