Rebħa Drammatika Għal Torino.. Nifs Qawwi Għalihom Kontra r-Relegazzjoni

 Rebħa Drammatika Għal Torino.. Nifs Qawwi Għalihom Kontra r-Relegazzjoni

Tliet goals fl-aħħar kwarta tal-partita taw rebħa drammatika lil Torino, li f’darhom għelbu lil Sassuolo 3-2.

Tliet punti deheb għal Granata fit-taqtiegħa kontra r-relegazzjoni, issa għandhom tlieta u għoxrin punt, qabżu lil Cagliari u ħarġu miż-żona l-ħamra.

Sassuolo 2-0 fil-vantaġġ sal-mistrieħ b’doppjetta ta’ Domenico Berardi, goals li bihom dehru resqin lejn rebħa komda barra minn darhom, iżda fis-77 minuta Toro skurjaw l-aktar goal importanti tal-partita, naqsu d-distakk permezz tal-ex Juventus, Simone Zaza.

Ġabu d-draw għaxar minuti wara b’goal minn Rolando Mandragora, goal tal-ewwel vantaġġ, li kien ifisser ukoll ir-rebħa wasal fil-ħin miżjud, reġa kien Simone Zaza li għamel l-iskor finali, Torino 3-2 Sassuolo.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com