Ħafna Qed Iħallu L-Iskart Warajhom Wara li Jieklu T-Take-Away U Jixorbu F’Żoni Pubbliċi

 Ħafna Qed Iħallu L-Iskart Warajhom Wara li Jieklu T-Take-Away U Jixorbu F’Żoni Pubbliċi

Hekk kif ir-ristoranti jinsabu magħluqin u qed joperaw biss permezz tas-servizz ta’  take-away, diversi persuni qed joħorġu jieklu f’żoni pubbliċi. Diment li josservaw id-direttivi maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa m’hemmx problemi, iżda l-problema hi li uħud minnhom mhux qed inaddfu warajhom! U dan fl-2021!

Ritratti minn madwar il-pajjiż matul dan ix-xahar juru diversi żoni bi skart mhux mormi kif suppost.

Dalgħodu, fost l-oħrajn, feġġ ritratt ta’ mejda qalb il-kampanja miksija bi flixken tal-alkohol!

Kont ħsibt li din l-attitudni ta’ traskuraġni konna bdejna neħilsu minnha, imma jidher li dan ma jgħoddx għal kulħadd.

Meta se nitgħallmu nnaddfu warajna qabel ma nitilqu minn fuq il-post?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com