Ħamrun S. Pass Kbir Lejn Ir-Rebħ tat-Tmien Kampjonat.. Iddeċieda Doumbia Minn Penalty Fl-Aħħar Ħinijiet

 Ħamrun S. Pass Kbir Lejn Ir-Rebħ tat-Tmien Kampjonat.. Iddeċieda Doumbia Minn Penalty Fl-Aħħar Ħinijiet

RITRATTI – Domenic Aquilina

BOV Premier – Match Day 23

Ħamrun Spartans …… 1

Hibernians …………….. 0

Penalty ta’ Seydou Doumbia fid-89 minuta kien bizzejjed għal Ħamrun Spartans biex fil-logħba l-aktar mistennija tal-Kampjonat sa issa għelbu lill-isfidanti diretti tagħhom Hibernians u resqu ferm viċin it-tmien kampjonat fl-istorja, l-ewwel wieħed għalihom mill-istaġun 1990/1991, jiġifieri wara total ta’ tletin sena.

Logħba li kienet riesqa lejn draw bejn zewġ timijiet validi, fil-wiesa’ l-aqwa tnejn f’dan il-kampjonat, ġejjin it-tnejn minn serje ta’ rizultati pozittivi, saħansitra l-Ispartans ġew għal din il-partita SBATAX-IL LOGĦBA mhux megħluba fil-Kampjonat, zewġ naħat li bil-logħob u t-tattika tagħhom tul id-disgħin minuta għalqu lil xulxin qabel azzjoni fil-kaxxa Pawlista fid-89 minuta determinanti biex jingħata penalty li probabbli kien u li minnu l-ex attakkant ta’ Newcastle United u Roma ma zbaljax b’konkluzjoni b’saħħitha fir-rokna tax-xibka.

B’hekk ikompli weekend ieħor maġiku għall-iSpartans propju 20 siegħa biss wara li l-imprenditur Għawdxi Joseph Portelli ġie maħtur bħala President ġdid tal-klabb, bniedem li kemm ilu parti mill-kamp Ħamruniz ittrasforma lil dan il-klabb wara snin ta’ medjokrita assoluta fil-kamp Ħamruniz anke f’xi staġuni barra mill-ogħla divizjoni, mifnija bi problemi finanzjarji kbar, izda issa u ċertament wara dawn it-tliet punti u r-rebħa lejla, l-glorja reġgħet waslet jew aħjar qiegħda dejjem toqrob fi StradaRjali l-Ħamrun.

Il-partita, ħafna logħob f’nofs il-grawnd biz-zewġ naħat tattikament dixxiplinati u rnexxilhom fil-mira tagħhom li jifgaw għal kollox l-inizjattiva avversarja.

Logħba li kkonfermat il-bravura taz-zewġ kowċis, Stefanio Sanderra fuq naħa u l-Għawdxi Mark Buttigieg, bla dubju bħalissa, dan tal-aħħar l-aqwa kowċ Malti fil-prezent.

Logħba destinata għal 0-0 tedjanti u medjokri sakemm azzjoni fil-kaxxa Ħamruniza, kuntatt bejn Ferdinando Apap u Claude Dielna, referee Trustin Farrugia Cann viċin l-azzjoni kien pront saffar għal penalty u GOAL!!!!… vantaġġ fl-aħjar ħin għall-Ispartans ftit sekondi qabel tmiem il-partita, rebħa li tfisser ferm aktar mit-tliet punti u li bihom l-iSpartans għamluhom GĦOXRIN LOGĦBA KONSEKUTIVA bl-FA Trophy inkluza, mhux megħluba dan l-istaġun.

6 minuta, frikik ta’ Soares bir-ras għal Ħamrun, Dordjevic indirizza bir-ras lejn il-lasti, Calleja Cremona salva mingħajr diffikulta.

31 minuta frikik ieħor ta’ Dodo din id-darba dirett lejn il-lasta, ballun ferm għoli, zewġ minuti wara frikik b’saħħtu għall-Ispartans ta’ Claude Dielna, izda ċentrali mill-ġdid Calleja Cremona attent u jaħtaf il-ballun.

44 minuta l-isbaħ ċans tal-logħba sa dak il-ħin wasal għand Hibernians, Gilmar il-quddiem lejn Jurgen Degabriele li izda dam jaħsibha, x-xutt finali tiegħu issikkat kien ċentrali jsalva bla diffikulta l-goalkeeper Ħamruniz Bartolo.

Tieni taqsima nieqsa miċ-ċansijiet, 78 minuta reġgħu Hibernians viċin, ballun il-quddiem lejn Gilmar Ribeiro, li avvanza izda minn posizzjoni djagonali ra x-xutt fil-baxx tiegħu jgħaddi ftit barra, minuta wara Pawlisti reġgħu viċin meta Izquier għadda l-ballun tajjeb lejn Jurgen Degabriele, b’dan tal-aħħar dar ma’ difensur, xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa għall-attakkant internazzjonali Malti, Bartolo fil-lasti ta’ Hibernians idawwar mal-art f’korner.

Logħba riesqa lejn draw ta’ mingħajr goals meta fid-89 minuta, kuntatt fil-kaxxa ta’ Ferdinando Apap fuq Dielna, r-referee Trustin Farrugia Cann ftit metri bogħod ordna l-penalty, mill-ħdax-il metru l-eks attakkant ta’ Newcastle United u Roma, Seydou Doumbia spara fix-xibka, Calleja Cremona megħlub u Ħamrun Spartans jistgħu jibdew iħejju bil-mod iċ-ċelebrazzjonijiet għar-rebħ ta’ dan il-Kampjonat storiku wara 30 sena.

Formazzjonijiet 

Ħamrun Spartans – 26. Manuel Bartolo, 4. Darko Gojkovic, 5. Matthew Guillaumier, 10. Jorge Ailton Soares, 17. Franklin Sasere, 23. Elkin Serrano Valero, 28. Juan Corbalan, 29. Predrag Dordjevic, 30. Karl Micallef, 44. Claude Dielna, 88. Seydou Doumbia (Ige Adeshina 90).

Sostituti – 1. Jonathan Debono, 8. Conor Borg, 19. Xylon Portelli, 20. Ige Adeshina, 27. Kieran Higgins, 45. Miguel Tabone, 99. Darren Borg.

Hibernians – 1. Matthew Calleja Cremona, 3. Ferdinando Apap, 4. Leandro Almeida, 6. Raphael Dos Anjos (Jose Wilson Teixeira 86), 8. Jake Grech (Tiago Fonseca 65), 10. Jurgen Degabriele (Imanol Iriberri 86), 11. Bjorn Kristensen, 12. Dunstan Vella, 18. Gabriel Izquier, 20. Andrei Agius, 49. Gilmar Ribeiro.

Sostituti – 24. Rudy Briffa, 5. Matthew Ellul, 7. Ayrton Attard, 9. Tiago Fonseca, 13. Zachary Grech, 23. Jose Wilson Teixeira, 32. Imanol Iriberri.

Referee – Trustin Farrugia Cann.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com