Il-Futur Ta’ 168 Miljun Tifel U Tifla Jinsab Inċert
Filwaqt li f’Malta, l-iskejjel ilhom miftuħa għal diversi xhur, mhux l-istess jista jingħad għal 168 miljun tifel u tifla, li l-iskejjel tagħhom ingħalqu kompletament għal kważi sena sħiħa minħabba l-pandemija li ġabet magħha l-COVID-19.
Viċin il-Kwartieri tan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York tpoġġew 168 mejda u baskett tal-iskola. Numru li jirrappreżenta lil dawn it-tfal li l-futur tagħhom jinsab inċert.
Il-messaġġ huwa wieħed b’saħħtu lill-mexxejja tad-dinja: l-ebda sforz m’għandu jitħalla barra sabiex l-iskejjel jerġgħu jinfetħu.
L-installazzjoni saret mill-UNICEF, aġenzija tan-Nazzjonijiet Magħquda li toffri għajnuna umanitarja u ta’ żvilupp lit-tfal madwar id-dinja.
Ritratt: UNICEF (Facebook)