Kwarta Tajba Biex Tippreżenta Spettaklu Uniku

 Kwarta Tajba Biex Tippreżenta Spettaklu Uniku

Kwarta Tajba hija attività mużikali organizzata mill-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar ta’ Malta, bl-ewwel edizzjoni se ssir f’Ħaż-Żebbuġ, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-istess lokalità.

Il-Kunsill Reġjonali ħareġ sejħa pubblika għal artisti ġodda u anke stabbiliti, bħal mużiċisti u kompożituri, sabiex flimkien m’ artisti oħra mix-xena tal-ispettaklu, jissottomettu l-proposti tagħhom, li jridu jkunu twal 15-il minuta.

L-iskop ta’ Kwarta Tajba huwa li jkun festival kompetittiv bejn il-Ġimgħa 17 u s-Sibt 18 ta’ Settembru, u kull proġett magħżul se jingħata €1,200.

Apparti l-ispettaklu offrut mill-artisti kollha, l-udjenza preżenti se jkollha l-opportunità li żżur sitt postijiet u spazji miftuħa lil hinn mill-Pjazza ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com