Il-Kantanta Julie Zahra Ser Tkun Kandidata Għall-Elezzjoni Ġenerali
Julie Zahra li fl-2004 rrapreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Constest ser tkun kandidat fl-elezzjoni ġenerali li jmiss mal-Partit Nazzjonalista.
Julie Zahra ġiet approvata lbieraħ bħala kandidata ġdida mill-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista fuq l-1 u r-4 distrett.
Julie Zahra għexet għal xi snin barra minn Malta fejn kompliet tistudja l-mużika u t-teatru u llum tagħllem il-mużika waqt li gradwat bħala Soċjologa.
Julie hija t-tielet kantanta li r-rappreżentat lil Malta fil-Eurovision li se tikkontesta l-elezzjoni li jmiss, hekk kif bħalissa diġa hemm bħala Deputat mal-Partit Nazzjonalista Claudette Buttigieg li r-rappreżentat lil Malta fis-sena 2000 b’Desire u l-kandidata f’isem il-Partit Laburista Lynn Faure Chircop li r-rapreżentat lil Malta fl-2003 fil-Eurovision bil-kanzunetta ‘To Dream Again’.