Il-Kantanti Kollha Ta’ ‘Mużika Mużika’ Illejla Fuq It-TV Fi Programm Speċjali

 Il-Kantanti Kollha Ta’ ‘Mużika Mużika’ Illejla Fuq It-TV Fi Programm Speċjali

Ftit jiem qabel l-ispettaklu televiżiv Mużika Mużika, illejla F Living Channel se jwassal programm speċjali u esklussiv mal-parteċipanti kollha. Bi preżentazzjoni ta’ Karl Bonaci, dan il-programm se jlaqqgħana mas-semifinalisti ta’ Mużika Mużika sabiex insiru nafu aktar dwarhom u dwar il-kanzunetta li se jinterpretaw.

Waqt dan il-program, Taryn u Gianni permezz ta servizz divertenti li sar ma kull participant, se naraw lil protagonist mhux kif missoltu narawhom!

Ilum is-Sibt fid-21:00hrs u għada l-Ħadd fis-18:30hrs fuq F Living Channel.

Il-produzzjoni televiżiva Mużika Mużika se issir bejn it-18-20 ta’ Marzu u hija produzzjoni ta’ Festivals Malta fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, Arti u Gvern Lokali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com