Għax tibqa’ għaddej taħdem int, ma jfissirx li ħaddieħor irid jagħmel bħalek.

 Għax tibqa’ għaddej taħdem int, ma jfissirx li ħaddieħor irid jagħmel bħalek.

Din ukoll oħra minn dawn l-episodji li saru jiġru ħafna fid-dinja tal-lum. Spiss ngħajtu bir-‘right to disconnect’ – id-dritt li wara x-xogħol tieqaf … imma kemm inħaddmuha?!

Ikun hawn faxxa ta’ nies li ma jistgħux jagħmlu mod ieħor minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom. Imma hawn min ma jkunx jiflaħ jistenna sal-għada u jibqa’ għaddej itaqqablek il-mobile sal-10pm, 11pm, u anke iżjed tard.

Agħar minn hekk, jekk inti l-għada ma tarax il-messaġġi, bil-kemm ma jċanfrukx li ma weġibtx. Bħal speċi inħolqitlek task oħra biex tara x’messaġġi daħlulek billejl u forsi ma rajthomx biex ma jmorrux jaqbżulna.

Din trid tiġi minna li nagħmlu dawk li nsejħulhom ‘boundaries’ – il-linja sa fejn int tkun disponibbli. Ħadd mhu jiġri warajna. Hemm ħin tan-nies fejn tikkomunika biex taħdem u hemm ħin għal affarijiet oħra.

Madanakollu, kontroll m’għandna fuq ħadd. Iżda rridu nkunu sodi, li ma naqgħux għan-nasba li nkunu rridu nwieġbu. Ħaddieħor jara hu u jkun responabbli imma x’tagħmel int, tiġi minnek.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com