Il-Partit Nazzjonalista Jiġbor €335,157 F’Maratona Ġbir Ta’ Fondi

 Il-Partit Nazzjonalista Jiġbor €335,157 F’Maratona Ġbir Ta’ Fondi

F’Maratona ġbir ta’ fondi organizzata mill-Partit Nazzjonalista il-Ħadd 28 ta’ Marzu inġabru €335,157.

Il-maratona xxandret fuq l-istazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista u matulha pparteċipaw kandidati u deputati tal-Partit Nazzjonalista.

Apparti l-appelli, fil-maratona saru diversi ntervisti u kien hemm ukoll divertiment minn diversi kantanti.

Fi tmiem il-maratona, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech irringrazzja mhux biss lil dawk li ħadu sehem iżda fuq kollox lit-tim li ħadem biex ġiet organizzata din l-inizjattiva.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com