Imut Il-President ta’ Hibernians FC Tony Bezzina

 Imut Il-President ta’ Hibernians FC Tony Bezzina

Il-Ġurnata tat-Tnejn 15 ta’ Marzu tibqa mfakkra fl-storja tal-klabb ta’ Hibernians FC hekk kif tħabbret il-mewt tal-President Tony Bezzina.

Bezzina huwa l-iżjed President li dam jservi fil-kariga fil-futbol Malti hekk kif b’kollox serva għal 43 sena.

Huwa mexxa lill-klabb ta’ Hibernians FC għal bosta unuri bit-tim fost l-aktar kompetittivi fl-aħħar snin fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti.

F’isem it-tim ta’ StradaRjali kondoljanzi lill-familja Bezzina f’dan il-mument diffiċli.

 

Ritratt: Hibernians FC

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com