Inċident tat-Traffiku Fin-Naxxar…

Ilbieraħ għal xi l-16.00, seħħ inċident tat-traffiku fin-Naxxar u Fillipin ta’ 39 sena, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei.
L-inċident sar fi Triq ir-Ramla, fejn mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Dyna, misjuqa millvittma u vann Renault Master, misjuq minn raġel ta’ 37 sena li jgħix Santa Venera.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.