Ir-Restrizzjonijiet Qed Jaħdmu? Inqas Minn 100 Każ Ġdid

 Ir-Restrizzjonijiet Qed Jaħdmu? Inqas Minn 100 Każ Ġdid

Illum kellna numri inqas minn dak li drajna bihom f’dawn l-aħħar ġimgħat u bla ma trid, tgħid li mxejna ‘l quddiem.

Imma donnu għaliex aħbar bħal din mhux dejjem tixxandar sew bħal meta jkun hemm numri allarmanti? Huwa veru, li wieħed jinkwieta meta n-numri jkunu għoljin għaliex saħħitna hija importanti u prijorità, imma tajjeb ukoll li nitkellmu dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni għaliex finalment, din ukoll taffettwa saħħitna; din id-darba mentalment.

Ejjew nagħmlu kuraġġ u niġbdu ħabel wieħed. Aħna ninsabu ħerqana li n-numri jkomplu jinżlu sa ma jiġu fix-xejn. Ilkoll flimkien kapaċi nagħmlu differenza kbira.

Xorta waħda nsellmu l-vittmi tal-Covid-19 illum; raġel ta’ 76 sena u mara ta’ 63 fl-isptar Mater Dei.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com