Ix-Xufier Fl-Inċident Tad-‘Double Decker’ Fiż-Żurrieq Ma Kienx Taħt L-Effett Tax-Xorb

 Ix-Xufier Fl-Inċident Tad-‘Double Decker’ Fiż-Żurrieq Ma Kienx Taħt L-Effett Tax-Xorb

L-Ispettur Pierguido Saliba qal li ż-żagħżugħ li kien qed isuq ‘double decker’ fl-inċident li seħħ fiż-Żurrieq fejn zokk ta’ siġra laqat numru ta’ turisti u nqatlu tnejn minnhom, ma kienx taħt l-effett tax-xorb.

Dan intqal waqt ix-xhieda tal-kumpilazzjoni tal-5 persuni mixlija b’dan l-inċident; ix-xufier innifsu u 4 diretturi tal-kumpanija li kienet qed toffri dan is-servizz.

Dan l-inċident kien seħħ fit-8 t’April tal-2018 u l-akkużi huma; qtil involontarju ta’ turista Spanjola u ieħor Belġjan kif ukoll l-ikkaġunar ta’  ġrieħi serji u oħrajn ħfief lil numru ta’ turisti.

Ix-xufier; Charles D’Amato ta’ 27 sena jinsab mixli wkoll li kien saq taħt l-effett tax-xorb, sewqan traskurat u perikoluż.

Din il-kumpilazzjoni qed titmexxa mis-Supretendent Josric Mifsud u l-Ispettur Janetta Grixti quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud.

Lix-xufier, qed jiddefenduh l-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachiau lill-erba’ diretturi l-oħra, qed jiddefenduhom l-Avukati Shazoo Ghaznavi u Alessia Zammit McKeon.

 

Ritratt: Euronews

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com