Jekk Tieħu L-Vaċċin, Il-Virus Xorta Jista’ Jimxi Minn Fuqek Għal Ħaddieħor
Dalgħodu fuq TVAM, il-Kap tat-Taqsima tal-Mard Infettiv Dr. Charles Mallia Azzopardi tenna li min hu mlaqqam bil-vaċċin kontra l-Coronavirus, jista’ jiltaqa’ mal-virus, jgħaddi fuqu u jkun ‘carrier’ biex jgħaddieh lil ħaddieħor.
Għalhekk huwa ċar, li l-aħjar mod li nnaqqsu t-tixrid tal-virus huwa li nżommu ftit lilna nfusna milli noħorġu bla bżonn.
Madanakollu, xorta waħda bil-vaċċin, iċ-ċans li wieħed jimrad bil-Covid-19 jonqos sew.
Infakkru fl-ilbies tal-maskri kif suppost, MHUX TAĦT L-IMNIEĦER iżda kif suppost.