Jesmond Abela – “Ħsibt Li Kont Lest Għal Din Is-Siegħa Kerha Iżda Fil-Fatt Ma Kontx”

Jekk hemm persuna li ssemmi lilu qisek qed issemmi l-klabb ta’ Hibernians u bħal mibki Tony Bezzina, dan il-klabb huwa aktar mit-tieni familja tiegħu, huwa bla dubju t-Tim Manager Jesmond Abela.
Il-Ħaċċ, kif inhu magħruf fiċ-ċrieki tal-Futbol qal hekk wara l-mewt tal-President Tony Bezzina t-Tnejn fl-eta ta’ 72 sena u wara li serva 43 sena bħala President tal-klabb Pawlist.
“Pres, ħallejtna bla kliem. Konna qed nistennew, taħseb li tkun preparat imma meta tasal din is-siegħa kiefra, tinduna li ma’ tkunx.
“Grazzi tal-pariri, fiduċja u rispett li dejjem urejtni miż-żminijiet ta’ meta kont għadni żgħir”.
Abela huwa magħruf għas-sens qawwi t’umoriżmu uniku tiegħu, żied jgħid, b’referenza għar-ritratt li tella fuq il-medja soċjali, “Jien żewġt irġiel biss bist f’ħajti, lil missieri u lilek, m’hemmx aktar kummenti x’nagħmel”.
“F’isem it-tfal kollha ta’ Raħal Ġdid nirringrazzjak, sakemm nerġgħu niltaqgħu Sur Tony, żomm ħarstek fuqna”, temm il-messaġġ imqanqal tiegħu il-Ħaċċ, jew b’mod aktar formali, t-Team Manager ta’ Hibernians, Jesmond Abela.