Jinqalgħu Tabelli Li Kienu jgħidu ‘Il-Kampanja Gawdieha Mit-Triq’
‘Tidħolx, Propjetà Privata. Il-kampanja gawdieha mit-triq.’ Dawn kienu fost tabelli li jiddispjaċina ngħidu, nqisuhom bħala arroganti.
Jekk il-propjetà almenu hija verament privata, għaliex iżżid kliem li ma jagħmilx sens ħlief li jġib stmerrija, fejn qed titlob lill-pubbliku jgawdi l-kampanja mit-triq?
Azzjoni tajba mill-Ministru tal-Ambjent Aaron Farrugia, li ftit tal-ħin ilu tella’ fuq il-midja soċjali tiegħu, jinforma li grazzi wkoll għall-koperazzjoni mill-Kunsill Lokali tar-Rabat, dawn it-tabelli nqalgħu.