Joseph Muscat Itenni Li L-PN Li Jrid Hu Vendikazzjoni Minnu U Minn Familtu…
“Il-Partit Nazzjonalista illum kixef il-maskra li minkejja dak kollu li jgħid, ma jemminx fl-istituzzjonijiet jekk dawn ma jdoqqux id-diska tiegħu.”
Hekk kiteb l-eks Prim Ministru Joseph Muscat fuq il-midja soċjali tiegħu fejn spjega kif wara inkjesta indipendenti li ħadet xhur sħaħ u li kellha aċċess għal kull riżorsa u li wżat esperti internazzjonali, issa ċertu esponenti ma jridux jaċċettaw il-fatti li ħarġu minnha.
“Fuq kollox, minn din l-inkjesta li xehdu fiha 477 persuna, irriżulta li kien hemm min iffalsifika dokumenti dwar Egrant biex jipprova jagħmel frame up fuq familti u fuqi, u l-inkjesta kkonkludiet li għandu jitressaq il-Qorti. Waħda minn dawn il-persuni għadha barra minn Malta.”
Temm billi qal li l-PN ma jridx il-verità iżda li jipprova jerġa’ jagħmel vendikazzjoni minn familtu u minnu “għaliex mhu se jaħfirli qatt li għal darba wara l-oħra ġibt il-fiduċja biex waqqaftu milli jkompli jitratta lil dan il-pajjiż bħala l-pussess personali tiegħu, kif għamel għal kważi 25 sena sħaħ.”