Somma Rekord Għal Pittura Ta’ Winston Churchill

 Somma Rekord Għal Pittura Ta’ Winston Churchill

Pittura li kien pitter l-eks Prim Ministru Ingliż Sir Winston Churchill, u li dan l-aħħar kienet proprjetà tal-attriċi famuża Angelina Jolie, inbiegħet għal €7 miljun waqt irkant li sar f’Londra.

Dan il-prezz kien erba’ darbiet iktar mill-istima tal-pittura qabel beda l-irkant, u għeleb ir-rekord preċedenti li kien hemm fuq pittura ta’ Churchill, li kien ftit inqas minn €2 miljun.

Il-pittura turi t-Torri tal-Moskea Koutoubia, u tpenġiet f’Marrakesh, belt fil-Marokk, waqt it-Tieni Gwerra Dinjija, wara li Churchill innifsu kien ħa sehem fil-Konferenza ta’ Casablanca fl-1943. Din inbiegħet lil xerrej anonimu.

Kelliem għall-kumpanija tal-irkant iddeskriva l-pittura bħala l-iktar xogħol importanti tal-eks Prim Ministru Ingliż. Dan filwaqt li din hija l-unika pittur li pitter matul il-gwerra.

Churchill ta l-prodott finali lill-eks President tal-Istati Uniti Franklin Roosevelt.

Ritratt: EPA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com