L-Ajruport Ta’ Malta Jerġa’ Jikklassifika Mal-Aqwa Fl-Ewropa

 L-Ajruport Ta’ Malta Jerġa’ Jikklassifika Mal-Aqwa Fl-Ewropa

Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jinnota b’sodisfazzjon l-aħbar li għat-tielet sena konsekuttiva l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta reġa’ sab postu fost ir-rebbieħa tal-Premjijiet tal-Kwalità tas-Servizz tal-Ajruport (ASQ) tal-Kunsill tal-Ajruporti Internazzjonali għall-2020.

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ngħata t-titlu tal-aqwa ajruport fl-Ewropa fil-kategorija tad-daqs tiegħu fost aktar minn 340 ajruport mid-dinja kollha. 

Meta mqabbel mar-riżultat miksub fl-2019, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta rreġistra titjib fuq il-maġġorparti tal-indikaturi kif ukoll kiseb punteġġi mill-viżitaturi li saħansitra jaqbżu l-medja Ewropea.

Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jinnota b’sodisfazzjon il-fatt li l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta rreġistra l-aqwa riżultati fl-indafa u fis-sigurtà. Dan kollu huwa turija ċara ta’ kemm l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jibqa’ stakeholder importanti fil-ħidma tal-gvern biex tissaħħaħ il-konnettività ta’ pajjiżna mal-kumplament tad-dinja.

Ritratt: Jules Gozo Holidays

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com