L-Għaqda Repubblika Torganizza L-Protesta Quddiem Il-Parlament
Illejla quddiem il-Parlament saret protesta mill-għaqda Repubblika. L-għaqda qalet li l-protesta saret “kontra l-qarnita li ħakmet lil Malta”.
Il-Protesta saret billi dawk preżenti poġġew bilqgħeda wara li qabel il-protesta saret il-kritika li kulħadd għandu josserva l-miżuri kontra l-Covid-19.
L-President ta’ Repubblika f’diskors li għamel qal li “l-qarnita li ħakmet lil-pajjiżna trid tinħeba. Trid tikkonvinċina li ma teżistix. Daħlet fil-fond tal-istituzzjonijiet, għandha swaba’ kullimkien: swaba’ fil-Gvern; swaba’ fil-Korp tal-Pulizija; swaba’ fl-ekonomija; swaba’ fil-Planning Authority; swaba’ fil-professjonijiet; swaba’ fil-media u swaba’ fil-partiti.”
L-Protesta kienet indirizzata wkoll minn Manuel Delia.
https://www.facebook.com/repubblika/videos/2828250550746210