Liema Huma Dawk L-Attivitajiet Sportivi Li Jistgħu Isiru?

 Liema Huma Dawk L-Attivitajiet Sportivi Li Jistgħu Isiru?

L-attivitajiet sportivi kollha li mhumix organizzati jistgħu isiru, ġaladarba l-miżuri relatati mal-pandemija jkunu mħarsa.

Dan intqal f’linji gwida ġodda tas-saħħa li jippermettu attivitajiet sportivi bħal tennis, ‘jogging’, fitness’, żfin u ‘horse riding’, fost oħrajn, biex ikomplu jsiru b’mod individwali.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika tat il-permess biex ‘sports’ u attivitajiet fiżiċi li mhumiex attivitajiet organizzati jistgħu isiru. Dan dejjem jekk ma jinqabiżx l-ammont ta’ erbà persuni.

L-attivitajiet sportivi jinkludu: mixi u ‘power walking’, ‘jogging’ u ġiri, ‘fitness’ u żfin b’distanza soċjali ta’ zewġ metri bejn il-persuni, ċikliżmu, ‘climbing’, ‘horse riding’, golf, tennis, sparar, għawm, ibburdjar fuq ‘dinghies’ individwali jew fuq dgħajjes ikbar basta jkun hemm id-distanza soċjali, ‘archery’, sajd, ‘gymnastics’, tlielaq tal-vetturi, sewqan ta’ mudelli tal-ajruplani, għadis, ‘skateboarding’, ‘surfing’ u ‘weightlifting’.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com