Melvin Theuma Jiddaħħal L-isptar U Jinstab Pożittiv Għall-Covid-19

 Melvin Theuma Jiddaħħal L-isptar U Jinstab Pożittiv Għall-Covid-19

Melvin Theuma qed jinżamm f’iżolament fl-isptar Mater Dei wara li fl-aħħar sigħat ittestja pożittiv għall-Covid-19.

Il-middleman fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia ittieħed l-isptar wara li aktar kmieni illum waqt li kien il-Qorti ħass uġigħ f’ġenbu. Kien għalhekk li s-seduta kellha tiġi sospiża.

Mill-Qorti hu ttieħed l-isptar u aktar tard kien rappurtat li hu pożittiv għall-Covid-19.

Mhux magħruf min ġie f’kuntatt ma’ Theuma.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com