Mgħajjra Kerha Meta Bla Make-Up U Falza Meta Jkollha L-Make-Up

 Mgħajjra Kerha Meta Bla Make-Up U Falza Meta Jkollha L-Make-Up

Permezz ta’ Instagram, l-influencer Sarah Zerafa qasmet ma’ dawk li jsegwuwha numru ta’ kummenti kattivi li tirċievi fuq ir-ritratti tagħha.

“Kont inħossni nistħi meta nirċievi kummenti daqshekk krudili u ta’ mibegħda” qalet Sarah Zerafa filwaqt li saħqet li għamlet żmien tħassar kummenti bħal dawn għax kienu jaffettwawha ħażin ħafna.

“In-nies jiġġudikawk kemm jekk tagħmel ħażin u anki jekk tagħmel it-tajjeb. In-nies ġieli jkollhom mibgħeda lejk mingħajr ebda raġuni”, qalet Sarah Zerafa.

Intant, hija qalet li llum tgħallmet tħobb lilha nnifisha verament u għalhekk saret tidħaq fil-konfront ta’ kummenti bħal dawn.

 

View this post on Instagram

 

A post shared by Sarah Zerafa (@sosazerafa)


Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com