Mixgħela B’Messaġġ Ta’ Kuraġġ Fiż-Żejtun

 Mixgħela B’Messaġġ Ta’ Kuraġġ Fiż-Żejtun

Hekk kif għal sena oħra, l-attivitajiet relatati mal-Ġimgħa l-Kbira kellhom jitħassru minħabba l-pandemija tal-COVID-19, is-Soċjetà Mużikali Beland taż-Żejtun se torganizza mixgħela b’disinn simboliku ta’ xemgħat ikkuluriti.

It-tema magħżula hija “Id-dawl se jirbaħ fuq id-dlam” u tirrappreżenta żewġ sinifikati: il-qawmien ta’ Kristu u messaġġ ta’ tama u kuraġġ minħabba l-Coronavirus.

L-attività se ssir nhar il-Ħamis 1 t’ April mit-20:00 ‘l quddiem fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokjali ta’ Santa Katerina.

Il-mixgħela se tkun imxandra fuq il-midja soċjali, filwaqt li s-soċjetà mużikali ħeġġet biex kull min se jkun qed iżurha josserva d-direttivi maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com