Mixli B’Pussess Ta’ Pornografija Fosthom Ta’ Bintu Stess

Żagħżugħ ta’ 26 sena minn San Ġwann inżamm arrestat wara li fil-qorti kien mixli li kellu fil-pussess tiegħu materjal pornografiku tat-tfal, inkluż ta’ bintu ta’ 4 snin.
Ġie mixli wkoll li ġieħel lil bintu tagħmel atti sesswali waqt li hu ġibdilha l-filmati.
Mid-dehra, imbagħad kien jibagħthom lil nies oħra u dawn jibagħtulu filmati ta’ tfal oħra.
Ftit wara, il-pulizija arrestaw żewġt irġiel oħra; ta’ 28 sena, wieħed residenti f’San Pawl il-Baħar u ieħor fil-Mosta.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.