Nisa Li Kisbu Suċċess – It-Tema Magħżula Għal Proġett Fl-MCAST

Għal Jum il-Mara, l-għalliema tas-suġġett ‘Professional Media Practice’ fl-MCAST ħarġu bl-idea li l-istudenti joħolqu reklam kull wieħed.
Ir-reklam kellu l-għan li juri x’inhu mgħallem fl-istess istituzzjoni edukattiva, u kif ukoll biex iħeġġeġ lil studenti oħra jkomplu jaħdmu għal dak li jixtiequ.
Barra minn hekk, f’kull reklam kien hemm professjonisti differenti nisa, li tkellmu dwar is-suċċess li kisbu u kif l-MCAST għinhom f’dan kollu.
Fost l-istudenti li ħadmu fuq dan il-proġett kien hemm Christabelle Rapa, li ħadmet mad-direttriċi Vanessa Vella, b’din tal-aħħar kienet għalliema tal-istess studenta.
Segwi hawn il-prodott finali li ħolqot Christabelle.