“Nixtieq Jasal Il-Mument Mhux Fil-Bogħod Fejn Inkun Innaddaf Ismi…” – Keith Schembri

 “Nixtieq Jasal Il-Mument Mhux Fil-Bogħod Fejn Inkun Innaddaf Ismi…” – Keith Schembri

“Nixtieq li jasal il-mument mhux fil-bogħod, fejn inkun innaddaf ismi mill-allegazzjonijiet li ilhom jippruvaw iħammġuni bihom – u nerġa’ nsib mod kif inkun nista’ ngħin lin-nies li huma verament fil-bżonn”

Hekk kiteb Keith Schembri fuq il-midja soċjali tiegħu lbieraħ, fejn irrefera għal inkjesta li tirreferi għal negozju li sar 13-il sena ilu meta ma kellu x’jaqsam xejn max-xena politika.

Saħaq li din l-inkjesta fiha allegazzjonijiet li hu xaħħam lid-direttur tal-Progress Press biex jirbaħ tender tal-impjant tal-printing.

Kompla jgħid li bħal donnu l-letarġija biex titlesta l-inkjesta, f’daqqa waħda nbidlet f’enerġija kbira biex tagħlaq fejn ikkonkluda li għandu riżervi kbar dwar il-konklużjonijiet tagħha, mhux biss għax il-konklużjonijiet huma għal kollox skoretti imma pjuttost għax jemmen li dawn ma sarux b’kumbinazzjoni.

Tenna li l-konklużjonijiet b’qalb sewda jkollu jammetti li għandhom warajhom id moħbija, biex jagħmlu ħsara lill-Gvern u lill-partit.


Ritratt: Facebook/ Keith Schembri

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com