UEL – Eliminazzjoni nkredibbli għal Tottenham fil-Kroazja.. Man Utd jeliminaw lil AC Milan.. Arsenal u Roma ukoll fil-KF

 UEL – Eliminazzjoni nkredibbli għal Tottenham fil-Kroazja.. Man Utd jeliminaw lil AC Milan.. Arsenal u Roma ukoll fil-KF

Dinamo Zagreb – Tottenham 3-0 (agg 3-2)
Kwalifikazzjoni nkredibbli tal-Kroati Dinamo Zagreb li wara l-ħin barrani għelbu lil Tottenham bl-iskor ta’ 3-0, biex għaddew b’aggregate skor ta’ 3-2.

Jose Mourinho u l-players tiegħu ħasbu li kellhom vantaġġ komdu wara rebħa 2-0 f’darhom ġimgħa ilu, iżda Zagreb kellhom ħsibijiet oħra, Mislav Orsic l-eroj għal Dinamo Zagreb b’hat-trick.

Vantaġġ ftit wara s-siegħa logħob, 2-0 lejn tmiem id-disgħin minuta, l-goal ta’ kwalifikazzjoni, jerġa Mislav Orsic fil-mija u sitt minuta.

Manchester United fil-Kwarti Finali, fil-Meazza ta’ Milan għelbu lil Milan 1-0, iddeċieda ftit wara li daħal bħala sostitut kmieni fit-tieni taqsima, Paul Pogba.

Arsenal – Olympiakos 0-1 (agg 3-2)
Telfa home għal Arsenal, iżda Gunners xorta kkwalifikaw, 1-0 għal-Olympiakos fl-Emirates Stadium, goal ta’ Youssef El Arabi fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Arsenal avvanzaw b’aggregate skor ta’ 3-2.

Shakhtar Donetsk – Roma 1-2 (agg 1-5)
Roma rebħu 2-1 barra minn darhom għand Shakthar biex għaddew b’aggregate skor ta’ 5-1.
L-eroj għal GialloRossi fl-Ukrajna kien l-Ispanjol Borja Mayoral, awtur ta’ doppjetta, bejniethom draw temporanju għal Shakthar skurjat minn Junior Moraes.

Rangers – Slavia Prague 0-2 (agg 1-3)
Rangers eliminati wara telfa home 2-0 ma’ Slavia Praga li fetħu l-isor minn Peter Olayinka, Rangers b’żewġ players imkeċċija, biex Ċeki serħu rashom bit-tieni goal minn Nicolae Stanciu, aggregate għalihom 3-1.

Molde – Granada 2-1 (agg 2-3)
Molde għelbu lil Granada 2-1 fin-Norveġja, Spanjoli xorta kkwalifikaw 3-2 aggregate.

Villarreal – Dinamo Kiev 2-0 (agg 4-0)
Vantaġġ doppju fl-ewwel taqsima għal Villarreal b’doppjetta ta’ Gerard Moreno, għaddew b’aggregate ta’ 4-0.

Young Boys – Ajax 0-2 (agg 0-5)
David Neres u Dusan Tadic bil-goals fl-Iżvizzera għal Ajax, għaddew b’aggregate skor ta’ 5-0.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com