Nuqqas Fil-Provvista Ta’ Diversi Affarijiet Minħabba L-Imblokk Fil-Kanal Ta’ Swejz

 Nuqqas Fil-Provvista Ta’ Diversi Affarijiet Minħabba L-Imblokk Fil-Kanal Ta’ Swejz

L-imblokk li ġie kkawżat fil-Kanal ta’ Swejz mill-vapur tal-merkanzija Ever Given jaf iwassal għal nuqqas fil-provvista tat-toilet paper, il-kafè, l-għamara u diversi affarijiet oħra li jkunu importati.

Kollox jiddependi minn kemm se jdum biex il-vapur jiġi mċaqlaq minn fejn weħel u b’hekk ikompli għaddej it-traffiku li ġie kkawżat.

Madwar 12% tal-kummerċ jgħaddi mill-Kanal ta’ Swejz, li jgħaqqad l-Ewropa mal-Asja. L-imblokk ikkawżat minn Ever Given nhar it-Tlieta li għadda ħalla mijiet ta’ vapuri tal-merkanzija oħra weqfin hekk kif ma setgħux jgħaddu.

Kien irrappurtat li dak li ġara qed jiswa’ mal-$400 miljun fis-siegħa, b’diversi vapuri qed jagħżlu li jbiddlu r-rotta u jduru mal-Afrika, li jfisser 15,000 mil ieħor u madwar ġimgħatejn sabiex iwasslu l-merkanzija.

Intant, is-sidien Ġappuniżi tal-Ever Given qalu li l-vapur jaf ikun imċaqlaq illum stess, hekk kif 10 tugboats qed jintużaw biex inaddfu l-ġenb u l-qiegħ tal-Kanal.

L-Istati Uniti ukoll offriet li tibgħat l-għajnuna, fosthom grupp ta’ esperti mill-flotta navali.

Ritratt: Maxar Technologies

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com