Ramiro Mallia Se Jingħata L-Aħħar Tislima Llum

 Ramiro Mallia Se Jingħata L-Aħħar Tislima Llum

Iktar tard illum, iż-żagħżugħ Ramiro Mallia se jingħata l-aħħar tislima.

Huwa tilef ħajtu t-Tlieta li għadda wara li kien hemm ħruġ ta’ gass f’daru f’Ħal Qormi.

Il-quddiesa se tkun iċċelebrata fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi. Din se tibda fis-14:30 u se tkun imxandra wkoll live fuq Facebook.

Fuq ix-xewqa ta’ familtu, dawk kollha li se jattendu l-funeral huma mħeġġa jilbsu ħwejjeġ ikkuluriti, fosthom ċelesti u roża, filwaqt li l-membri tal-għaqdiet huma mħeġġa jilbsu l-flokk tal-istess għaqda li jirrappreżentaw.

Il-kummenti fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook ma qatgħux, b’ħafna jesprimu n-niket tagħhom għall-mewt ta’ Ramiro. Ħadd minnhom ma xtaq li tasal il-ġurnata li fiha jagħtuh l-aħħar tislima, filwaqt li qalu kif se jibqgħu jiftakruh bit-tbissima li dejjem kien iġorr fuq fommu u l-karattru simpatiku li kellu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com