Persuna Tikseb Immunità Ħmistax Wara T-Tieni Doża Tal-Vaċċin – X’Qalilna Dr. Malcolm Paul Galea?
Tkellimna mat-Tabib tal-familja Dr. Malcolm Paul Galea dwar xi mistoqsijiet li jqumu f’moħħ il-pubbliku…
Bħala tabib, x’parir ġeneriku tagħti lill-pubbliku f’dawn il-mumenti tal-pandemija?
Bħalissa ninsabu f’mument partikolari. Jekk tħares lejn i l-pandemija bħala gwerra bejn il-virus u aħna, nistgħu ngħidu li l-virus qed jattakkana permezz ta’ varjanti ġodda. Fil-fatt bhalissa hawn il-varjant Ingliz li għandu rata ta’ trażmissjoni ta’ 70% iktar mill-virus oriġinali. Aħna, min-naħa l-oħra qed nattakkaw permezz tal-vaċċin. Iktar ma’ jitlaqqmu nies, iktar noqorbu lejn dik li nsejħulha ‘herd immunity’. Dan huwa punt fejn ikollok bizzejjed nies li huma protetti mill-virus u permezz t’hekk ikollok inqas nies li l-virus jista jattakka u allura ma jkunx jista jaghmel hsara. Sabiex naslu f’dak l-punt, irid ikun hemm iktar minn 70% tal-popolazzjoni mlaqqma. Sadanittant, irridu nkunu responsabbli biex ma nxerrdux l-virus għax jekk l-isptarijiet tagħna ma jlaħħqux mal-każijiet, niffacjaw l-problemi.
Nappella lil dawk li tlaqqmu biex jibqgħu diliġenti u responsabbli. Persuna tikseb immunità bejn wieħed u ieħor ħmistax wara t-tieni doża tal-vaċċin. Apparti minn hekk, importanti li nżommu f’moħħna li min hu mlaqqam xorta waħda jista jkun carrier u jgħaddi l-virus lil dawk li m’humiex protetti .
Xi tgħid lil min għandu t-tfal u jħossu nkwetat peress li jidher li 12% tal-każijiet qed jinxterdu minn tfal?
It-tfal jitgħallmu u jaddattaw malajr. Ejja ninkuraġġuhom biex huma wkoll iżommu mal-miżuri. Nħeġġuhom jilbsu maskra, jużaw sanitizers u jaħslu idejhom. Issa li l-iskejjel gew maghluqin, ma nkunux irresponsabbli u nressqu t-tfal viċin tfal oħra bla bżonn. Ejja nevitaw kemm nistgħu li niltaqghu ma familjari bla bżonn, nevitaw li ninġemghu fid-djar, fil-playgrounds, etc. Inheġġeg sabiex t-tfal jibqgħu attivi permezz ta xi passiġġata l-bogħod min-nies u workouts addattati, anke ġewwa djarna stess.
Fl-aħħar mil-aħħar, iktar ma nagħtu sehmna fil-gwerra kontra l-Covid19, iktar uliedna jkunu jistgħu jirritornaw għal ħajja normali tat-tfulija.
Kif wieħed jista’ jilqa’?
Awtoritajiet tas-saħħa dinjin bħal ma huma l-World Health Organization (WHO) u c-Centre for Disease Control & Prevention (CDC) huma ċari u konsistenti fis-suġġerimenti tagħhom.
1. Naħslu idejna bl-ilma u sapun għal 20 sekonda spiss matul il-ġurnata, speċjalment qabel l-ikel.
2. Nilbsu maskra li tgħatti l-imnieħer u l-ħalq. Importanti li maskra tinbidel jew tinħasel spiss.
3. Użu ta’ sanitizer qabel u wara li mmissu l-maskra, kif ukoll wara li mmissu oġġetti u uċuħ oħra, speċjalment barra mid-dar.
4. Nevitaw postijiet magħluqin u/jew ffullati. Inżommu distanza ta’ 2 metri minn persuni oħra li ma humiex fl-istess household.
5. Jekk ma tiflaħx, toħroġx ħlief għal attenzjoni medika wara li tkun tkellimt mat-tabib.
6. Aghtas jew isgħol fil-minkeb. Jekk tuża tissues, armihom b’mod responsabbli wara li tużahom.
7. Segwi l-miżuri kollha maħruġin mill-awtoritajiet tas-saħħa.
Temmen li se jintemm dan il-virus jew irridu ngħixu bih?
Li hu żgur hu li rrid nagħmel kuraġġ lill-pubbliku. Iva, jasal żmien li nerġgħu nkunu qed nissocjalizzaw u nieħdu gost flimkien bla biża. Però, rridu kollettivament nagħmlu sforz biex negħlbu l-pandemija. Nsegwu d-direttivi, nkunu responsabbli tagħna nfusna, u nitlaqqmu meta nirċievu l-invit. Il-virus mhux se jisparixxi. Irridu nikkontrollawh u nitghallmu ngħixu bih, bħalma fuq kollox, ngħixu b’viruses ohrajn respiratorji, fosthom l-influwenza.
Minn Stradarjali.com nirringrazzjaw lit-Tabib Malcolm Paul Galea tal-ħin tiegħu u l-ġentilezza li weġibna biha.