“Meta Serquli D-Dar Ma Ġewx Il-Pulzija, Iżda Minħabba L-Maskra Daruna Seba'” – Gisèle Schembri

 “Meta Serquli D-Dar Ma Ġewx Il-Pulzija, Iżda Minħabba L-Maskra Daruna Seba'” – Gisèle Schembri

Filmat imtella’ minn tfajla Maltija juri inċident li esperjenzaw ilbieraħ hi u ħabib tagħha, wara li r-raġel allegatament ma libisx il-maskra immedjatament wara li lesta milli jixrob il-kafè. Jidher li minħabba li r-raġel ħass li kellu joġġezzjoni għal multa, madwar 7 uffiċjali tal-pulizija daru mar-raġel sabiex jittrattaw s-sitwazzjoni.

Matul il-filmat, ir-raġel jidher qed jiċħad l-allegazzjonijiet tal-pulizija u qal li malli spiċċa l-kafè huwa libes il-maskra.

Dan il-kwistjoni inqalgħet fid-dawl tad-direttiva l-ġdida li daħlet fis-seħħ ftit tal-jiem ilu u li tagħmel l-użu tal-maskri f’kull post pubbliku obbligatorju f’kull ħin, ħlief waqt li persuna tkun qed tiekol jew tixrob filwaqt li tkun bilqiegħda.

Il-mara li tellgħet il-filmat qalet li fl-aħħar mill-aħħar spiċċaw biex arrestaw lill-ħabib tagħha filwaqt li heddewha li jarrestaw lilha wkoll.

Ftit tal-ħin wara li tellgħet dan il-filmat, il-mara reġgħet kitbet fuq Facebook fejn allegat li meta nserqet id-dar tagħha l-pulizija ma setgħux imorru minħabba li ma kienx hemm karozza disponibbli.

“Meta ġejt misruqa f’dari, l-pulizija ma ġewx bl-iskuża li ma kellhomx karozza disponibbli. Illum, seba’ uffiċjali, daru lili u lil ħabib tiegħi bi tliet karozzi tal-pulizija”, qalet b’dispjaċir Gisèle Schembri.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com