Pierre Portelli Kkonferma Li L-Grupp Ta’ Yorgen Fenech Kien Ikkuntattjat Biex Jgħin Il-Problemi Finanzjarji Tal-PN
L-eks kap tal-midja tal-Partit Nazzjonalista Pierre Portelli, quddiem il-bord tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia kkonferma li l-grupp Tumas kien ikkuntattjat biex jgħinuh jegħleb problemi finanzjarji fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.
Spjega wkoll kif f’Marzu tal-2019, Portelli kkuntatja lil Fenech dwar donazzjoni. Dan meta diġà kien magħruf li Yorgen Fenech kien is-sid ta’ 17 Black,
Saħaq li dawn imbagħad kienu jinħarġu f’pagi mill-kumpanija Media.Link.
Fix-xhieda tiegħu fl-10 ta’ Marzu li għadda, Pierre Portelli kkonferma wkoll li kien jitkellem ma’ Yorgen Fenech dwar stejjer li jistgħu joħorġu fuq persuni fil-Partit Nazzjonalista stess.