Minkejja S-Sospenzjoni tal-Sport……Malta vs Russja Se Tintlagħab f’Ta’ Qali

 Minkejja S-Sospenzjoni tal-Sport……Malta vs Russja Se Tintlagħab f’Ta’ Qali

Wara l-miżuri li tħabbru nhar il-Erbgħa b’rabta mal-imxija tal-Covid-19 fosthom s-sospenzjoni tal-sport sal-11 t’April, din il-paġna tista tikkonferma li l-partita minn Grupp F tal-logħob ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2022 bejn Malta u r-Russja ser tintlagħab fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.

L-avviż legali jgħid li l-sport kollu huwa sospiż madankollu jġib l-eżżenzjoni tat-timijiet nazzjonali kollha skont id-diskrezzjoni u l-kundizzjonijiet tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Dr. Charmaine Gauci.

Għalhekk Malta kontra Russja tal-24 ta’ Marzu ser tkun tista tintlagħab fl-Stadium Nazzjonali bit-tim Malti jista jipprepara għal dan il-konfront f’pajjiżna stess.

Filfatt ilbieraħ il-kowċ tat-Tim Nazzjonali Malti Devis Mangia ħabbar l-skwadra ta’ 30 plejer li tinkludi żgħażagħ flimkien ma’ plejers oħra ta’ esperjenza. L-skwadra magħżula hija din:-

GOALKEEPERS
Henry Bonello (Valletta); Matthew Calleja Cremona (Hibernians); Jake Galea (Sliema Wanderers)

DIFENSURI
Andrei Agius (Hibernians); Steve Borg (Gżira United); Karl Micallef (Ħamrun Spartans); Zach Muscat (Casa Pia AC – Portugal); Enrico Pepe (Birkirkara); Kurt Shaw (Sliema Wanderers)

MIDFIELDERS
Myles Beerman (Sliema Wanderers); Ryan Camenzuli (Floriana); Triston Caruana (Valletta); Juan Corbalan (Ħamrun Spartans); Matthew Guillaumier (Ħamrun Spartans); Bjorn Kristensen (Hibernians); Joseph Mbong (Ħamrun Spartans); Nikolai Muscat (Gżira United); Steven Pisani (Gżira United); Nevin Portelli (Gżira United); Teddy Teuma (Royale Union Saint-Gilloise – Belgium); Dexter Xuereb (Gżira United)

ATTAKKANTI
Jan Busuttil (Floriana); Jurgen Degabriele (Hibernians); Shaun Dimech (Valletta); Luke Gambin (Newport County AFC – England); Jake Grech (Hibernians); Paul Mbong (Birkirkara); Luke Montebello (Birkirkara); Kyrian Nwoko (Valletta); Alexander Satariano (Sliema Wanderers).

Wara l-konfront kontra r-Russja, Mala tilgħab żewġ partiti oħra barra mill-pajjiż kontra Slovakja u l-Kroazja rispettivament.

 

Ritratt: MFA / Domenic Aquilina

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com