President ieħor tal-Premier “Biex Tagħmel Dawk Is-Snin Kollha Tmexxi Klabb Trid Tkun Tal-Ħadid”

 President ieħor tal-Premier “Biex Tagħmel Dawk Is-Snin Kollha Tmexxi Klabb Trid Tkun Tal-Ħadid”

Fost ħafna messaġġi fl-aħħar siegħat wara telfa kbira għall-Futbol Malti bil-mewt tal-President ta’ Hibernians Tony Bezzina spikka kumment ta’ President ieħor ta’ klabb mill-Kampjonat BOV Premier.

Joseph Gauci li llum jagħaq żmienu u minn hawnhekk nawgurawlu, f’dan il-jum speċjali għalih xorta sab ħin isellem lil Bezzina, dan il-ġgant tal-Futbol Malti li t-Tlieta ngħata l-aħħar tislima fil-knisja Parrokkjali ddedikata lil Kristu Re f’Raħal Ġdid.

Gauci ilu fil-Futbol, fil-passat President ta’ Marsa FC, fil-preżent jokkupa l-istess rwol fil-Premier ma’ Żejtun Corinthians.

Fuq Facebook huwa qal hekk, “Il-mewt tas-Sur Tony Bezzina ħasditni.

“Raġel fuq l-irġiel. Ġentlom u umli. Ħabib sinċier.

“Tilfet Malta kollha speċjalment il-Futbol. Biex tagħmel dawk is-snin kollha President trid tkun tal-ħadid għax biex iżżomm tim dejjem fost l-aqwa f’Malta mhux faċli”.

Bla dubju kliem tad-deheb li jirrifletti r-rispett bejn dawn iż-zewġ Presidenti, xhieda ukoll tal-kobor bħala bniedem, imprenditur u amministratur għal snin twal fil-Futbol bil-mod uniku tiegħu, Tony Bezzina.

Il-President Gauci bagħat il-kondoljanzi lill-familjari, qraba, ħbieb u l-poplu kollu ta’ Raħal Ġdid.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com