Familja Tirċievi Kumpens Ta’ €74,000

 Familja Tirċievi Kumpens Ta’ €74,000

Il-familja Zarb Adami irċeviet €74,000 f’kumpens hekk kif il-Qorti ddeċidiet li l-fatt li ma tistax tuża binja li hija s-sid tagħha qed jinkisrilha d-drittijiet fundamentali.

TVM irrapportat li l-binja in kwistjoni hija dik f’Raħal Ħdid li qed tintuża mis-Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule.

Il-familja fetħu kawża kostituzzjonali kontra l-istess soċjetà mużikali u anke l-Avukat tal-Istat. Huma spjegaw li d-dar kienet mikrija għand il-każin tal-banda għal madwar €1,000 fis-sena.

Filwaqt li l-Qorti Ċivili kienet tathom raġun, u qalet li mhux qed igawdu l-proprjetà tagħhom kif jixraq, kienet ordnat l-iżgumbrament tas-soċjetà mill-binja. Iżda dan l-iżgumbrament twaqqaf milli jsir wara tibdil fil-liġi.

Għaldaqstant, il-familja Zarb Adami lmentat li kellha d-drittijiet fundamentali miksura.

L-Imħallef Mercieca ta r-raġun lill-istess familja, u fid-dawl li s-soċjetà mużikali ma tistax tiġi żgumbrata, ordna lill-Avukat tal-Istat iħallas lill-familja kumpens ta’ €74,000.

Ritratt: TVM

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com