Rapport Ta’ Rave Party Illegali F’Pembroke – Folla Ta’ Nies Fuq Xulxin
Fl-aħħar siegħat saru diversi rapporti li s-Sibt li għadda sar rave party illegali f’Pembroke li naturalment sar mingħajr ebda permess u kontra l-miżuri li bħalissa hawn fis-seħħ kontra l-Covid-19.
Dawn ir-rapporti saru anke fl-isfond ta’ filmat allegatament mill-istess rave party pubblika fuq il-paġna freehour malta fuq facebook.
Jidher li l-Pulizija ntervjeniet iżda mhux magħruf ħarġux multi u jekk l-organizzatur kienx arrestat.
Dan seħħ waqt li kellna jumejn b’rekord ta’ każijiet ġodda u n-numru tal-mejta issa qabeż it-315-il persuna.
https://www.facebook.com/762892603861338/videos/1856734327810488